Huwa ċar li n-nies qed iħossu sew id-daqqa tal-għoli tal-ħajja. U mill-politiċi qed jistennew is-soluzzjonijiet.
Kienet din l-aktar tema li spikkat waqt iż-żjarat li għamel il-Ħadd filgħodu f’San Pawl il-Baħar il-Kap tal-PN Bernard Grech, fejn iltaqa’ man-nies, diversi familji, anzjani, kif ukoll persuni li huma involuti fil-każini u l-għaqdiet tal-lokal.
Bernard Grech żar il-każin tal-Banda f’San Pawl il-Baħar u anke l-Każin tal-Partit Nazzjonalista; akkumpanjat mis-Segretarju Ġenerali tal-PN Charles Bonello, Shadow Ministers, kunsillieri u kandidati tal-PN, kif ukoll is-Sindku Censu Galea.
Żar ukoll in-naħa tat-torri, anke l-club tal-waterpolo.
F’San Pawl il-Baħar, Bernard Grech fakkar fid-diversi proposti li qed jimbotta ‘l quddiem il-PN sabiex tassew tiġi miġġielda l-pjaga tal-għoli tal-ħajja.
Fost dawn, hemm il-proposta li l-COLA tingħata sħiħa lill-ħaddiema, li l-Gvern jgħin lill-importaturi b’fond nazzjonali, li jingħataw tax credits, u li titneħħa t-taxxa fuq l-ewwel 10,000 ewro li ħaddiem jaqla’ mill-part-time u l-overtime.
Ma’ dawn hemm ukoll l-inċentivi li lest jintroduċi Gvern ġdid Nazzjonalista għal min ikollu t-tfal, u xorta jista’ jibqa’ jdaħħal introjtu – permezz tal-leave għall-ġenituri – waqt li jgawdi l-ewwel xhur tat-trobbija tat-tfal tiegħu.
//= $special ?>