Portugall………..2 (5)
Spanja…………….2 (3)
F’finali mill-isbaħ fl-Allianz Arena fi Munich, kienu l-Portugall li għat-tieni darba fl-istorja ħarġu rebbieħa tal-UEFA Nations League wara li għelbu lil Spanja bl-iskor ta’ 5-3 fl-għoti tal-penalties wara li l-partita ntemmet bl-iskor ta’ 2-2 wara l-ħin barrani.
Spanja marru fil-vantaġġ wara 21 minuta, permezz ta’ Martin Zubimendi. Il-Portugall irrispondew immedjatament u ġabu l-iskor indaqs ħames minuti biss wara permezz ta’ Nuno Mendes. Spanja għal darb’oħra fil-vantaġġ meta qabel il-mistrieħ kien Mikel Oyarzabal li għamilhom 2-1.
Il-Portugall iżda reġgħu ġabu l-iskor indaqs u kien Cristiano Ronaldo li għal darb’oħra kien fil-mument post eżatt sabiex jikkonkludi minn taħt Unai Simon.
Il-partita marret għall-ħin barrani u l-iskor baqa’ ma nbidilx. Fl-għoti tal-penalties, Goncalo Ramos, Vitinha, Bruno Fernandes, Nuno Fernandes u Ruben Neves skorjaw għall-Portugall filwaqt li għal Spanja skorjaw Mikel Merino, Alejandro Baena u Isco filwaqt li Alvaro Morata falla l-penalty tiegħu.
//= $special ?>