Futbol Sport

“Ir-ritorn tiegħi ma’ Tottenham mhux realistiku” – Mauricio Pochettino

(Ritratt: EPA)

Il-kowċ tat-tim nazzjonali tal-Istati Uniti Mauricio Pochettino qal li r-ritorn tiegħu bħala kowċ ta’ Tottenham mhijiex xi ħaġa realistika.

Dan wara li nhar il-Ġimgħa, Tottenham keċċew lill-kowċ Awstraljan Ange Postecoglou minkejja li rebaħ l-UEFA Europa League. Pochettino dam ħames snin kowċ ta’ Tottenham fejn irriżenja f’Novembru tal-2019.

Hu nħatar kowċ tal-Istati Uniti f’Ottubru tal-2024, bl-għand li jmexxi t-tim fit-Tazza tad-Dinja tas-sena d-dieħla li se tkun qed issir fl-istess pajjiż.

F’kummenti mal-midja, Pochettino qal li fil-mument li jirritorna mat-tim minn naħa ta’ fuq ta’ Londra hija xi ħaġa li mhix realistika iżda fl-istess waqt ma eskludiex li dan jista’ iseħħ fil-futur.

Fil-perjodu tiegħu li kien kowċ ta’ Tottenham, Pochettino wassal lil Tottenham għall-finali tal-UEFA Champions League fl-2019 fejn kienu tilfu l-finali kontra Liverpool.