Futbol

Luciano Spalletti jirriżenja minn kowċ tat-tim nazzjonali Taljan, se jagħmel dan wara l-partita kontra l-Moldova

(Ritratt: EPA)

Luciano Spalletti rriżenja minn kowċ tat-tim nazzjonali Taljan. Dan wara t-telfa li l-Italja sofriet fil-partita mill-fażi ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja bl-iskor ta’ 3-0 kontra n-Norveġja.

Spalletti se jkun qed jirriżenja wara l-partita ta’ għada mill-istess kompetizzjoni kontra l-Moldova. Hu qal dan f’konferenza tal-aħbarijiet fejn stqarr li l-President tal-FIGC Gabriele Gravina keċċieh.

Fost il-kowċis favoriti hemm il-kowċ ta’ Al Nassr Stefano Pioli, l-eks kowċ ta’ Roma Claudio Ranieri kif ukoll Roberto Mancini.

Spalletti beda jmexxi lit-tim Taljan f’Settembru tal-2023, fejn fost l-oħrajn wassal lill-Italja għall-fażi finali tal-EURO 2024 fejn kienu eliminati fil-fażi tal-aħħar 16 kontra l-Iżvizzera.