Sport Sport Ieħor

Marc Marquez ikompli jkabbar id-distakk fil-quċċata tal-klassifika

(Ritratt: EPA)

Marc Marquez kompla jiddomina l-istaġun tal-Moto GP hekk kif fil-Grand Prix ta’ Aragon rebaħ ir-raba’ Grand Prix tiegħu dan l-istaġun.

Is-sewwieq ta’ Ducati rebaħ l-isprint race tas-Sibt u rnexxielu wkoll jisker ir-rekord ta’ ħin tat-trakka fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni hekk kif irnexxielu jirbaħ id-99 pole tal-karriera.

Fit-tellieqa tal-Ħadd, Marquez kellu bidu mill-aqwa fejn minkejja l-pressjoni ta’ ħuh irnexxielu jtemm fl-ewwel post. Alex Marquez temm fit-tieni post biex issa d-distakk bejnu u bejn Marc Maruqez kiber għal 32 punt.

Francesco Bagnaia fejn minkejja li kellu Grand Prix diffiċli temm fit-tielet post. Il-Grand Prix ta’ Aragon kien it-tmien Grand Prix dan l-istaġun u issa fadal 14-il tellieqa oħra bil-Grand Prix li jmiss isir fit-22 ta’ Ġunju f’Brembo l-Italja.