Sport Sport Ieħor

Tadej Pogacar l-ewwel stadju ta’ Criterium du Dauphine

Tadej Pogacar, rebaħ l-ewwel stadju ta’ Criterium du Dauphine f’tellieq kollha tlajja’ fuq distanza ta’ 196km bejn Domerat u Montlucon. Hu rnexxielu jtemm f’erba’ siegħat u 40 minuta fejn fl-aħħar ftit kilometri qabeż lill-Olandiż Mathieu van der Poel.

Minkejja dan kien id-Daniż, Jones Vingegaard ta’ Team Visma-Lease li temm fit-tieni post. Fi tmiem it-tellieqa Pogacar qal li kien fl-aħħar żewġ kilometri li emmen li seta’ jaqbeż lil Van der Poel.

Il-Criterium du Dauphine, se jsir fuq tmien stadji, b’wieħed mill-istadju se jkun time trial. Dan qed isir bi tħejjija għat-Tour de France li se jibda fil-5 ta’ Lulju. It-tieni stadju se jsir fuq distanza ta’ 204.6km bejn Premilhat u Issoire.