L-amministrazzjoni ta’ Trump ħarġet ordni sabiex mal-2,000 suldat jiġu stazzjonati f’Los Angeles. Dan hekk kif għat-tieni lejl konsekuttiv kien hemm irvellijiet u diżordni fit-toroq.
Kollox beda mill-protesti kontra l-immigranti. Tant li l-Pulizija lokali kellhom jużaw gas tad-dmugħ sabiex iferrxu d-dimostranti.
Trump attakka kemm lill-Gvernatur tal-Istat ta’ Kalifonja kif ukoll lis-Sindku ta’ Los Angeles li ma kienux kapaċi jikkontrollaw l-irvellijiet. U kien għalhekk li bagħat il-Gwardja Nazzjonali sabiex is-sitwazzjoni ma teskalax aktar.
//= $special ?>