Lokali Parlament

369 ċitazzjoni lil persuni li nqabdu jpejpu fi stabbilimenti

In-numru ta’ ċitazzjonijiet maħruġa kontra persuni li nqabdu mill-Pulizija jpejpu f’zoni maħluqa, bejn l-2024 u d-19 ta’ Mejju 2025, kien ta’ 369. Barra minn hekk, ġew maħruġa 17-il kontravenzjoni oħra kontra persuni li ppermettew dan it-tipjip fuq il-proprjetà tagħhom.

In-numru ta’ kontravenzjonijiet kontra persuni li nqabdu jpejpu kontra l-liġi ngħatat fil-Parlament mill-Ministru Byron Camilleri għal mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo li staqsa lill- Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol jgħid kemm persuni nqabdu jpejpu fi stabbilimenti.