It-tobba jinsabu dispjaċuti li għal darb’oħra kellna fatalitajiet ta’ sewwieqa vulnerabli; dan meta l-Gvern għadu ma waqqafx il-Kummissjoni li kellha tinvestiga l-istat tat-toroq f’pajjiżna.
Hekk qalet l-għaqda ‘Doctors for Road Safety’ ftit tal-jiem wara li sfortuanatament l-aħbarijiet kienu ddominati min traġedji u aktar fatalitajiet fit-toroq tagħna.
Doctors for Road Safety mill-ġdid fakkret li dawn l-inċidenti għandhom jiġu investigati b’setup apposta bil-għan li jiġi żvilupat Safe System Approach.
Is-Safe System Approach, hija strateġija li b’mod ħolistiku tiffoka biex toħloq toroq sikuri; fejn l-ebda sewwieq ma jitlef ħajtu jew jindarab serjament anka jekk jiżbaljaw waqt is-sewqan.
Doctors for Road Safety, spjegaw li minkejja li t-Transport Safety Investigative Commission għadha trid tibda tiffunzjona, hu ta’ sodisfazzjon li l-Pulizija waqqfu unit ġdid dedikat għas-sitwazzjoni fit-toroq.
Fl-istqarrija, it-tobba innutaw li ir-rakkomandazzjonijiet tal-Pulizija, wara dawn l-inċidenti, bla dubju ta’ xejn se jkunu kruċjali għal Awtorità tat-Trasport. Huma rringrazjaw lill-Pulizija ta’ din l-inizjattiva u tennew il-fiduċja tagħhom fil-professjonalità tagħhom f’dan is-settur.
Intant, it-talba għal toroq aktar sikuri tkompli mas-sejħa ta’ protesta li qed issir mid-deletatnti tal-muturi li qed jitolbu biex b’mod imedjat jiġi installat materjal preventiv mal-barriers tat-toroq li huma ta’ periklu kbir għas-sewwiqa tal-muturi.
Fi tmiem il-ġimgħa, fl-Isla, kellna sewwieq ieħor ta’ mutur li miet traġikament. Dan filwaqt li kellna vittma oħra li tilef ħajtu f’Ħal Far wara li t-trailer tiegħu – għal xi raġuni – mexa għal fuqu, u nqabad taħtu.
//= $special ?>