Kultura Lokali

“Ftaħna, u sibna l-pittura mal-art” – il-Kappillan ta’ Ħal Balzan

“Xħin ftaħna l-knisja llum sibna din il-pittura fl-art. Fortunatament waqgħet matul illejl. Illum stess nibdew neżaminaw il-pitturi l-oħra u naraw x’għandu jsir.”

Hekk stqarr il-kappillan ta’ Ħal Balzan Mons. Karm Farrugia wara li matul illejl waqgħet waħda mill-pitturi li hemm mas-saqaf tal-korsija – li għandu forma ta’ arkata.

Din il-pittura partikolari kienet saret mill-artist Għawdxi Pawlu Camilleri Cauchi fis-snin disgħin.

Net News jinsab infurmat li l-parroċċa issa għaddejja bix-xogħol biex tara x’ġara eżatt, u kif tista’ tissewwa din il-ħsara.