Ivan J.Bartolo, PN
Id-deputat Nazzjonalista Ivan J.Bartolo sostna fil-parlament li Irridu nibnu fuq il-kwalità u opportunitajiet għall-ħaddiema b’enfasi fuq iż-żgħażagħ.
Hu qal li Malta qed tesperjenza 17-il żagħżugħ li jitilqu mill-pajjiż kuljum u sostna li l-Prim Ministru baqa’ jiċħad dan. Minkejja li hawn 83% tal-popolazzjoni li qed jaħdmu, il-pajjiż irid jikkunsidra wkoll il-fatt li ż-żgħażagħ qed jitilqu minn Malta. Dan meta fl-UE l-medja ta’ ħaddiema jaħdmu hi 76.8%, sostna Ivan J.Bartolo, li enfażizza l-importanza li jkun hemm enfasi fuq il-kwalità u l-ispriazzjoni.
Hu qal li l-qagħad hu fil-livell ta’ 31.% waqt li l-impjieg tan-nisa żdied iżda jeħtieġ li minkejja li din hi stwazzjoni tajba, il-pajjiż imur aħjar. Jeħtieġ li l-pajjiż jibda jitkellem fuq karrieri u mhux impjiegi. Ivan J.Bartolo appella biex ikun hemm titjib fl-ambjent tax-xogħol fil-pajjiż u tkellem ukoll dwar l-ambjent fiżiku li hawn fil-pajjiż.
Hu staqsa x’qed isir dwar l-ambjent u tkellem dwar l-imġieba tal-politiċi fejn sostna li jidher ċar li l-politiċi qed idejqu ħafna nies bl-imġieba politika tagħhom.
Meta tkellem dwar id-dokument ta’ viżjoni tal-gvern sal-2050, Ivan J.Bartolo qal li għandhom jinħolqu purpose driven jobs billi l-pajjiż jikkunsidra l-aspirazzjoni taż-żagħażgħ Maltin. Jeħtieġ ikun hemm ukoll investiment fl-industriji li l-pajjiż diġà għandu u ivestiment ġdid.
Ivan J.Bartolo qal li l-gvern m’għandux pjan kif se jinżammu ż-żgħażagħ fil-pajjiż u appella biex isir l-investiment meħtieġ f’dan is-settur.
//= $special ?>