F’Nazare fil-Portugall, qed titkompla l-Euro Winners Cup 2025 tal-Beach Soccer fejn Malta qed tkun rappreżentanta minn Hamurn SC.
Fit-tieni logħba tal-Ħamruniżi f’din il-kompetizzjoni, huma tilfu 7-3 id-Daniżi ta’ Copenhagen BSC.
Appena għaddew ftit sekondi mill-ftuħ tal-ewwel taqsima, il-Maltin fetħu l-iskor huma l-ewwel, permezz ta’ Juanito madankollu l-avversarji ta’ Ħamrun malajr wetqu risposta bil-gowl tad-draw skorjat minn Wegeberg.
Fit-tieni taqsima, Ħamrun kienu kapaċi jżommu l-konsistenza fil-logħob tagħhom, u kmieni f’din il-fażi tal-logħba reġgħu marru minn fuq b’gowl ta’ Zammit għal skor parzjali ta’ 2-1.
Erba’ minuti mit-tmiem ta’ din it-taqsima, Ħamrun reġgħu skorjaw, iżda din id-darba l-gowl tad-draw għal 3-3, b’konkluzzjoni ta’ Zammit. Madankollu din it-taqsima ntemmet 4-3 favur Copenhagen.
It-tielet u l-aħħar taqsima kienet waħda ddominata mid-Daniżi fejn rebħu 3-0 għal skor finali ta’ 7-3. B’hekk Ħamrun ġarbu t-tieni telfa wara li l-bieraħ, fid-debutt tagħhom f’din il-kompetizzjoni t-tim Malti tilef kontra Bavaria Beach Bazis tal-Ġermanja, bl-iskor finali ta’ 7-3.
//= $special ?>