Enerġija Lokali

Jinqata’ d-dawl f’diversi zoni fin-naħa ta’ fuq ta’ Malta

Numru ta’ zoni fin-naħa ta’ fuq tal-pajjiż spiċċaw bla dawl. Dan hekk kif inqatgħet il-provvista f’San Pawl il-Baħar, il-Qawra, il-Wardija, parti mill-Bidnija u anke fiz-zona tas-Salini.

Anke Burmarrad u z-zona tax-Xemxija ġiet affettwata.

Mhux magħruf ir-raġuni wara dan il-qtugħ fil-provvista tal-enerġija.