Din is-sena l-Iskola Giovanni Curmi Higher Secondory se tkun qed iżżid il-korsijiet, biex b’hekk se tkun qed toffri lill-istudenti aktar għażla.
Net News tkellem ma’ Anna Spiteri Meilak li hija l-Kap tal-Iskola, fejn spjegatilna kif l-istudenti jistgħu jiksbu ċertifikati f’livelli differenti – b’uħud iwasslu għal korsijiet fl-Università ta’ Malta.
Il-Higher tan-Naxxar toffri korsijiet fil-lingwa; li jinkludu l-Għarbi, l-Ingliż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, it-Taljan, l-Ispanjol u l-Malti – li hu offrut ukoll bħala lingwa barranija.
Din l-iskola toffri korsijiet anka fl-Accounts, l-Economics, l-Istorja, ix-Xjenza, il-Filosofija, l-Arti, is-SOK, u l-Edukazzjoni Fiżika fost l-oħrajn. U studenti interessati f’din l-iskola jistgħu jattendu l-open day li se ssir nhar il-Ġimgħa 13 ta’ Ġunju.
Intant, din l-iskola toffri wkoll servizzi ta’ guidance u councelling, kif ukoll Chaplaincy u Erasmus+.
//= $special ?>