Internazzjonali

Fl-Awstrija: 5 mejta u bosta midruba wara sparaturi fi Skola Sekondarja

Il-midja internazzjonali qed tirrapporta li ħamsa spiċċaw mejta fost bosta midruba wara sparaturi li seħħew fi Skola Sekondarja fl-Awstrija, fil-periferiji tal-kapitali Vienna.

Intant jidher ukoll li l-agressur ħa ħajtu b’idejh wara l-attakk.

Għalkemm ġie konfermat li mietu 5 persuni, minn tfal sa għalliema, li issa l-identità tagħhom għadha mhux margħufa, fil-ħin li ġej jista’ jkun li jkun hemm iktar fatalitajiet – filwaqt li bosta studenti oħra jinsabu f’qadgħa kritika.

S’issa l-Pulizija fl-Awstrija għadha ma saħqet xejn rigward possibbilità ta’ attakk terroristku.

Għal iktar dettalji fil-ħin li ġej komplu segwu l-sit eletroniku netnews.com.mt