Ivan Castillo, PN
Id-deputat Nazzjonalista Ivan Castillo qal fil-Parlament li l-gvern għandu jixtri art privata u jagħmilha spazju pubbliku.
Ivan Castillo qal li l-Ministru Miriam Dalli kienet iddikjarat li l-gvern għandu jdejh marbutin fil-kuntest ta’ art privata u sostna li fi Triq is-Sagħtar, fil-Mellieħa, kien hemm art tal-gvern li flok inżammet art pubblika nħarġet offerta biex sar il-bini.
Din kienet opportunità biex flok isir żvilupp ikun hemm ħolqien ta’ spazji pubbliċi. Dan sar ukoll fi Triq is-Salib, li kienet art tal-gvern iżda li issa ngħatat għall-bini.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li hemm artijiet privati li l-gvern jista’ jixri biex ikunu konvertiti fi spazji pubbliċi. Fix-Xemxija hemm biċċa art ħadra li fadal li tista’ tkun utilizzatali u li fiha hemm fdalijiet arkeoloġiċi. Il-gvern għandu jixtri din l-art biex issir spazju miftuħ għall-komunità tax-Xemxija li llum hi fgata bil-bini.
Hu semma’ l-Park ta’ Selmun li issa tpoġġew il-containers fih sakemm titwaqqa’ l-iskola u qal li l-gvern tilef opportunità li l-park jibqa’ miftuħ għall-familji li issa se jdum magħluq tliet snin mill-inqas.
Id-deputat Nazzjonalista appella biex jinħolqu iktar spazji pubbliċi u taħthom jinħolqu parkeġġi. Ivan Castillo appella biex is-sajjieda Maltin jingħataw prijorità dwar fejn jorbtu. Hu tkellem dwar Kemmuna u qal li l-istudji li saru kellhom ikunu pubbliċi.
//= $special ?>