Robert Cutajar, PN
Il-Whip tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista d-Deputat Robert Cutajar qal fil-Parlament li l-gvern qed ifalli fil-konservazzjoni tal-ambjent fil-pajjiż.
Robert Cutajar appella lill-gvern biex jintbagħtu messaġġi pożittivi biex il-poplu jikseb il-fiduċja fil-politiċi. Hu rringrazzja lil Bernard Grech għall-ħidma tiegħu bħala Kap tal-PN.
Robert Cutajar staqsa jekk l-ERA hux qed timmassimizza r-riżors uman li huma dedikati li jispiċċaw kritikati propju minħabba deċiżjonijiet tal-ERA. Hu staqsa wkoll x’kienet ir-raġuni li ma kienx hemm investiment fl-infurzar u fil-biodiversità fosthom fil-Park tal-Majjistral.
Id-deputat Nazzjonalista qal li f’dawn is-setturi qed isir ftit wisq u staqsa għaliex dak ikkummissjonat mill-ERA dwar Kemmuna ma kienx ippubblikat. Jeħtieġ li l-mozzjoni tal-Oppożizzjoni biex l-ambjent jidħol fil-Kostituzzjoni tkun diskussa u approvata fil-Parlament, sostna Robert Cutajar, li kompla li fl-ambjent il-pajjiż qed ifalli.
Hu qal li l-entitajiet tal-gvern għandhom jagħtu l-eżempju u mhux ikun hemm 70,000 files ta’ ksur. Hu staqsa kemm hi ċ-ċifra li ma tħallsux mid-dipartimenti tal-gvern. Dwar l-infurazar fuq il-boroż tal-iskart u qal li jrid ikun hemm konsistenza fil-multi.
Robert Cutajar qal li l-gvern baqa’ għaddej minn fuq il-komunitajiet tat-12-il distrett dwar biċċa art fil-Mellieħa li issa qed tinbena. Hu qal li l-Park ta’ Selmun illum ma jistax jitgawda mill-poplu u appella biex ikun hemm ir-riġenerazzjoni taz-zona ta’ Selmun.
//= $special ?>