Stagno Navarra għandu jieqaf ikejjel l-azzjonijiet ta’ ħaddieħor b’xibru
Il-Partit Nazzjonalista jiċħad kategorikament l-akkużi bla bażi li qed jagħmel Karl Stagno Navarra dwar l-iskema taċ-ċedoli.
Din l-iskema ġiet imnedija b’mod trasparenti u legali, fejn kull self huwa dokumentat u traċċabbli. Kull min ta ċedola kien infurmat b’mod ċar dwar it-termini tal-ftehim, u l-proċess ta’ ħlas lura qed jitmexxa b’serjetà u b’rispett lejn kull min appoġġja lill-PN.
L-iskema taċ-ċedoli kienet u tibqa’ mezz serju ta’ appoġġ finanzjarju trasparenti lill-Partit.
Karl Stagno Navarra għandu jieqaf ikejjel l-azzjonijiet ta’ ħaddieħor b’xibru.
Aħna se nibqgħu nitkellmu bi trasparenza u nservu lill-poplu bl-għajnuna ta’ dawk li jemmnu f’politika ta’ prinċipju.
//= $special ?>