Lokali

Illum tingħata s-sentenza mill-Imħallef Edwina Grima – Jittellgħu xi xhieda u l-prosekuzzjoni titlob għal għomor il-ħabs

Qabel is-sentenza li se tkun qed tingħata lill-erba’ persuni li nstabu ħatja mill-ġurati b’rabta mal-omiċidju ta’ Daphne Carauna Galizia fl-2017 u l-qtil tal-avukat Carmel Chircop fl-2015, id-difiża tellgħet numru ta’ xhieda.

Robert Agius magħruf bħala ‘tal-Maksar’, u Jamie Vella nstabu ħatja għall-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Huma nstabu ħatja mill-ġurati, bi tmien voti favur u vot kontra. Dan kollu seħħ f’awla mimlija daqs bajda fejn preżenti kien hemm il-familjari tal-vittmi.

Id-difiża permezz tal-Avukat Nicholas Mifsud għal Adrian Agius talab lill-Qorti biex tixhed Maria Agius, terapista tal-familja bil-Qorti titlob biex ma jissemmewx ulied minuri u l-familja ta’ Agus. Hija qalet li ilha ssegwi lill-familja Agius.

Hija qalet li għamlet żmien li kienet tagħmel sessjonijiet on line u dan l-aħħar anke fiżikament. Il-ġenituri u t-tifel ta’ Adrian Jones jiltaqgħu biex jiddikiskutu bit-tifel ikollu l-unika ċans li joqgħod għal siegħa jiddiskuti mal-ġenituri. Dan isir kull 15 jew kull tliet ġimgħat.

Agius qalet li meta t-tifel jiġi biex jiġu deċiżjoni joqgħod ħafna fuq missieru li jagħti ħafna każ il-ħajja tat-tifel. Wara xehdet Lianne Psaila li taħdem bħala pyscology practioner il-ħabs. Hi tagħmel assesment ma’ dawk li jiġu mill-priġuniera. Sar assesment f’Marzu tal-2021.

Kien hemm xokk dak iż-żmien li daħal il-ħabs u ried jagħmel xi xogħol biex jimla’ l-ħin fil-ħabs. Meta kien ikun il-ħabs kien ipparteċipa fi tmien courses u għamel “o level’ u għadda u beda jistudja l-marketing u etika. Dwar l-imġieba tiegħu qalet li minn mindu daħal il-ħabs l-imġieba u l-attiduni tiegħu dejjem kienet waħda pożittiba. Testijiet tal-urina tiegħu dejjem irriżultaw fin-negattiv.

Qalet li kien jistudja biex jimla’ l-ħin u meta seta’ jagħmel ‘l-o-level, u li għamlu b’suċċess, Wara xhedet il-partner tiegħu li ilha taf lil Agius minn mindu kienu żgħar u li ilha seba’ snin miegħu, Qalet li huwa persuna bieżla u li jgħin lil kulħadd. Qalet li jagħti lilha sapport kbir u dejjem kienet komda titkellem miegħu. Qalet li t-tfal jieħu ħsiebhom.

Ix-xhud tenniet li hi għandha tifel minnu u anke mill-ħabs baqa’ jsegwihom u li anke magħha jara li jkunu viċin xulxin. Huwa jħeġġeġ ħafna lil ibnu biex jibqa’ jistudja, Qalet ukoll li hija tafdah ħafna. Wara bdiet it-tratazzjoni fuq piena fejn il-prosekuzzjoni qalet li kien verdett ċar fuq il-piena.

Wara l-Avukat Anthony Vella f’isem l-Avukat Ġenerali talab sentenza ta’ għmor il-ħabs fil-konfront tal-akkużati kollha. Dwar Adrian Agius qal li dan ukoll instab ħati ta’ reċidiva u nstab ħati ta’ qtil fuq Carmel Chircop u l-AĠ qed jitlob piena ta’ għomor il-ħabs.

Fuq Robert Agius qal żewġ verdetti ta’ ħtija ta’ 8-1 kif instab ħati fuq splussivi, ukoll qed jintalab għomor il-ħabs. L-istess intalab għomor il-ħabs fuq Jamie Vella, li wkoll il-verdetti kollha kienu b’saħħithom. L-istess talba saret ukoll fuq George Degiorgio.

Il-prosekuzzjoni qalet li dawn huma l-iktar delitti gravi u għalhekk għandha ssir ġustizzja lis-soċjetà Maltija u fuq livell internazzjonali. Tenniet li dan ikkawża wkoll dulur kbir għall-familja tal-vittmi. Wara l-Avukat Therese Comodini Cachia tkellmet f’isem il-familja ta’ Daphne Caruana Galizia.

Hija qalet li minbarra l-gravità tar-reat il-Qorti trid tagħti kunsiderazzjoni għal dawk li għaddew minnu l-familja ta’ Daphne Caruana Galizia u s-soċjetà. Kif nhar il-Ħamis ħareġ il-verdett kien hemm għafsa ta’ qalb dwar dak li ġara u reġgħet esperjenzat it-trawma li għaddiet minnha l-familja. Il-piena trid tingħata biex issir ġustizzja, trid tkun taqbel mal-każ.

Fit-talba ta’ Agius u Vella li kkontribew għall-isplużjoni tal-ġurnalista, l-Avukat Caruana Galizia taqbel mat-talba tal-prosekuzzjoni. “Kienu konxji ta’ dak li għamlu u meta tippriovdi bomba ta’ dak it-tip taf li se jwassal għall-qtil. Ma ntwera dubju ta’ dak li kienu qed jagħmlu, u ma ntwera l-ebda rimors mill-ħatja ta’ dak li għamlu,” qalet l-Avukat.

L-Avukat Comodini Cachia qalet li l-Qorti dejjem tgħid li r-reati vjolenti mhuxiex aċċetati. Il-verdett ta’ 8-1 mhuwiex wieħed unanimu, imma huwa wieħed b’saħħtu. Qalet li l-verdett irid jiġi rispettat u l-piena għandha tkun waħda ta’ għomor il-ħabs.

Hija semmiet l-leħen ta’ Daphne fuq li qalu u għaddew minnu żewġha, uliedha u missierha. Qalet li din kienet mara miżżewwġa bil-ġenituri tagħha t-tnejn ħajjin dak iż-żmien li nqatlet. Kemm il-darba qalet li l-ħolma tagħha kienet li tqatta’ ħin man-neputijiet, li waslu, imma hi qatt ma rathom, u li l-istess neputijiet qatt ma rawha.

Dan ma ġarax biss lil Daphne, hija tkellmet ukoll id-dulur li għaddew minnu l-familja ta’ Carmel Chircop. Tenniet ukoll li persuna li raha l-karozza tisplodi qal fil-Qorti li għadu trawmattiżżat sal-lum. Hi semmiet ukoll lil binha Matthew li ra lil ommu fil-karozza tieħu n-nar.

Dwar l-effett fuq is-soċjetà, li l-omiċidju tagħha wera sens ta’ impunità li deherilhom li setgħu jagħmlu li jrid. “Dan kien attakk fuq ir-raba’ pilastru tad-demokrazija, li dewa ma’ kullimkien, Dan kellu impatt fuq pajjiżna, li spiċċa f’ dawl ikraħ. L-impatt ma nħassx biss f’Malta, imma fl-Unjoni Ewropea, Nazzjonijiet Uniti, fl-OSCE u d-dinja kollha,” hija qalet.

“Meta niriflettu fuq ir-rispett fuq l-investigaturi li grazzi għalihom wasslet għall-ġustizzja u nappella li l-parte civile fil-proċessi jingħata l-leħen li jixtraqlu. Huwa fid-dawl ta’ dan kollu flimkien mal-Avukat Jason Azzopardi li tingħata l-piena massima. Nirrigrazzja lill-kulħadd! temmet tgħid l-Avukat Therse Comodini Cachia.

Wara tkellem l-Avukat Vince Galea li qabel ma’ dak li ngħad minn naħa tad-difiża ta’ Daphne Caruna Galzia. Huwa qal li l-Avukat Carmel Chircop li kellu mara u tifel, Tenna li mill-mewt lilu d-dinja nqalbet ta’ taħt fuq.

Il-mara tal-Avukat qal Galea, mal-għoti tal-verdett bkiet. Huwa talba biex issir ġustizzja bil-familja temmen li l-verdett kien wieħed ċar. Inħasdet ħajja ta’ persuna bil-familja se tibqa’ tbati fil-kwiet tagħha. L-armla u binha huma mweġġa; u jridu ġustizzja.

Wara tkellem l-Avukat Alfred Abela għan-nom ta’ Robert Agius. Qal li l-klijent tiegħu ma nstabx ħati tal-qtil ta’ Carmel Chircop u ħati bi 8-1 li qatel lil Caruana Galizia. Qal li verdett ta’ 8-1 mhux wieħed unanimu u għalhekk m’għandux jingħata għomor il-ħabs. Tenna li l-klijent tiegħu kien l-inqas wieħed li kkontribwixxa għal dan id-delitt.

Wara l-Avukat Nicholas Mifsud għadda biex jagħmel is-sottomissjonijiet tiegħu dwar Adrian Agius li qal li r-riżultat fil-konfront tal-klijent tiegħu huwa ta’ 7-2 u għalekk skont il-liġi l-Qorti tista’ ma tagħtix il-massimu tal-piena, jiġifier l-għomor il-ħabs. Qal li l-inqas il-ġurati ma qalu li huma qed jitolbu lejn il-massimu.

Tenna li dak li semma’ l-Avukat tal-AĠ fejn ikkwota każijiet oħra, dan ma jreġiex għax semma persuni li jiċċalenġjaw lill-awtoritajiet u li għandhom fedina penali ta’ ċerta portata. Tenna li l-klijent tiegħu kien akkużat b’akkuża waħda. Tenna li t-tliet xhieda partikolari li xhedu dwar il-klijent tiegħu qalu x’ tip ta’ persuna hu Adrian Agius.

Huwa sema’ wkoll il-fatt li baqa’ jieħu ħsieb lil ibnu anke mill-ħabs kif xehdet is-sieħba tiegħu u talab lill-Qorti biex ma tagħtix il-massimu u tagħti piena li hija idonea. Wara għamel is-sottomissjonijiet l-Avukat Leslie Cuschieri li deher għal George Degiorgio.

Tenna li l-klijent tiegħu kien qed jiġi proċessat fuq wieħed mill-omiċidji għax diġa ġie proċessat fil-każ ta’ qtil ta’ Carmel Chircop. Il-fatt li huwa ġie proċessat b’mod separat wieħed jaf dan xi jħalli. Tenna li fil-konfront tiegħu sar proċess fuq żewġ omiċidji, dan kien ta’ żvantaġġ għalih.

Finalment għamel is-sottomissjonijiet tiegħu l-Avukat Ishmael Psaila għan-nom ta’ Jamie Vella li qal li m’għandux kondotta mittiefsa. Is-sentenza se tingħata fis-2pm.

L-Imħallef Edwina Grima se tkun qed tagħti s-sentenza tagħha lill-erba’ persuni li nstabu ħatja mill-ġurati b’rabta mal-omiċidju ta’ Daphne Carauna Galizia fl-2017 u l-qtil tal-avukat Carmel Chircop fl-2015.  

Robert Agius magħruf bħala ‘tal-Maksar’, u Jamie Vella nstabu ħatja għall-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Huma nstabu ħatja mill-ġurati, bi tmien voti favur u vot kontra. 

Il-ġuri kien ilu għaddej minn April, u x-xhud ewlieni kien Vince Muscat ‘il-Koħħu’.

Robert Agius u Jamie Vella nstabu ħatja ta’ kompliċità fl-isplużjoni li kkaġunat il-mewt ta’ Caruana Galizia. It-tnejn li huma nstabu ħatja wkoll li kienu fil-pussess ta’ splussivi. 

Jamie Vella u George Degiorgio, magħruf bħala ‘iċ-Ċiniż’ instabu ħatja għall-qtil tal-avukat Carmel Chircop.  

Degiorgio u Vella nstabu ħatja li kellhom fil-pussess tagħhom arma tan-nar bil-għan li jitwettaq reat. It-tnejn li huma nstabu ħatja li ma kellhomx liċenzja valida tal-arma tan-nar. 

Adrian Agius, ‘tal-Maksar’, instab ħati wkoll mill-ġurati li kien kompliċi fil-qtil ta’ Carmel Chircop.

Il-prosekuzzjoni f’dan il-ġuri tmexxiet mill-Avukati Godwin Cini, Danika Vella, u Anthony Vella f’isem l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.

Għal Adrian Agius deher l-Avukat Nicholas Mifsud, għal Robert Agius l-Avukati Alfred Abela u René Darmanin; għal Vella l-Avukati Ishmael Psaila u Amadeus Cachia; u għal Degiorgio l-Avukati Noel Bianco u Leslie Cuschieri.

L-Avukati Jason Azzopardi u Therese Comodini Cachia rrappreżentaw lill-familja ta’ Daphne Caruana Galizia waqt li l-Avukat Vince Galea rrappreżenta lill-familja tal-Avukat Chircop.