Internazzjonali

Ir-Russja tippersisti b’attakki krudili fuq Kiev; maqtula tnejn f’Odesa

Attakki mir-Russja laqtu mill-ġdid lill-kapitali Kiev u bosta bliet oħra matul illejl. Dan irriżulta fil-qtil ta’ żewġ persuni f’Odesa, wara li ntlaqat bini residenzjali u faċilitajiet mediċi.

Ċittadini kienu avżati biex isibu l-kenn wara li madwar 300 drone ġew sparati matul illejl. Apparti minn hekk, xhieda tal-attakki semgħu ukoll splużjonijiet simultanji.

Jidher li wħud mid-drones kienu provduti mill-Korea ta’ Fuq.