Futbol Sport

It-tim Olandiż b’saħħtu wisq għal Malta

Ritratt: Andre Farrugia / Malta FA

OLANDA …………. 8

MALTA …………… 0

Olanda: M.Flekken, M.van de Ven, V.van Dijk, S.de Vrij, D.Dumfries, F.De Jong, R.Gravenberch, X.Simons, J.Kluivert, C.Gakp, M.Depay

Malta: H.Bonello, J.Corbolan, G.Mentz, J.Carragher, R.Camenzuli, M.Guillaumier, A.Satariano, A.Magri Overand, T.Teuma, J.Mbong, P.Mbong

Referee: R.De Burgos Bengoechea

Fi Groningen riżultat diżappuntanti għal Malta kontra l-Olanda hekk kif kien megħluba bl-iskor kbir ta’ 8-0. Il-plejers ta’ fama mondjali Olandiżi kienu b’saħħithom wisq għat-tim Malti.

L-Olanda fetħu l-iskor wara 10 minuti b’gowl mill-ħdax-il metru ta’ Memphis Depay, bl-istess plejer ta’ Corinthians, jirdoppja ħames minuti wara. Il-captain ta’ Liverpool Virgil van Dijk għamilhom tlieta b’xutt mid-distanza mal-20 minuta logħob.

Xavi Simons skorja r-raba’ gowl għall-Olanda fil-61 minuta b’Donyell Mlalen jagħmilhom 5-0. Bil-pressjoni Olandiża ma taqta’ xejn, wasal is-sitt gowl fit-78 minuta minn Noa Lang, bl-istess Donyell Mlalen jiskorja s-seba’ gowl.

It-tmien gowl għall-Olanda wasal fid-90 mintua minn Micky van de Ven.