Lokali Parlament

Jeħtieġ sistemi iktar effiċjenti dwar il-ġbir tal-iskart

Graziella Galea, PN

Id-Deputat Nazzjonalista Graziella Galea sostniet fil-Parlament li jeħtieġ sistemi iktar effiċjenti dwar il-ġbir tal-iskart.

Graziella Galea qalet li l-ERA għandha firxa waħda ta’ skopijiet u għandha rwol importanti ħafna fl-indafa fil-pajjiż. Hi tkellmet dwar l-iskart u qalet li f’Jannar 2023 kienu stabbiliti kriterji ġodda dwar kif u meta jinġabar l-iskart fil-pajjiż.

Kien deċiż ukoll li l-kunsilli lokali ma jibqgħux responsabbli għall-ġbir tal-iskart iżda r-responsabbiltà saret fis-sitt reġjuni. Dan wassal għal diffikultajiet fil-ġbir tal-iskart u abbużi kbar. Jeħtieġ li jkun hemm sistemi iktar effiċjenti ta’ ġbir u anki ċentri fejn dan isir.

Id-deputat Nazzjonalista qalet li l-bins li jitpoġġew taħt l-art iridu jsiru b’mod konkret mal-ġabra u hi inizjattiva tajba. Hi tkellmet dwar l-abbużi, il-cameras ta’ sigurtà f’zoni turistiċi, id-dixxiplina, il-frustrazzjoni, il-multi għal min jabbuża u iktar ħlas ta’ dawn il-multi. Il-ħaddiema għandhom jingħataw għodda biex iwettqu l-ħidma tagħhom, sostniet Graziella Galea.