Lokali Parlament

Il-gvern mhuwiex effettiv biex jipproteġi l-ambjent

Rebekah Borg, PN

Id-Deputat Nazzjonalista Rebekah Borg sostniet fil-Parlament li l-Gvern mhuwiex effettiv biex jipproteġi l-ambjent.

Hi qalet li l-ERA għandu jkollha dħul tagħha stess u enfasizzat li min jikser il-liġi ambjentali għandu jħallas iżda kemm minn dan il-multi qed jinġabru fil-fatt. Jeħtieġ li jkun speċifikat kif fil-fatt inbidel l-ambjent permezz tal-ERA, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li kompliet li għandu jsir investiment biex ikun hemm inqas tniġġis.

Hi staqsiet kif il-€1.5 miljun investiti fl-inforzar se jwasslu għal titjib fl-ambjent u qalet li fl-ippjanar l-ERA m’għandhiex saħħa. L-ERA mhijiex tagħmel differenza fil-proġetti ambjentali. Kien hemm wisq enfasi fuq propaganda dwar l-ambjent għaliex dan hu gvern mibni fuq ir-relazzjonijiet pubbliċi.

Rebekah Borg sostniet li f’dan is-settur intefqu €1 miljun u qalet li l-poplu jrid arja andifa, serħan tal-moħħ u jistrieħu. Id-deputat Nazzjonalista kompliet li l-ambjent hu wieħed mill-aspett li l-poplu hu inkwetat dwarhom għall-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri. Jeħtieġ li l-protezzjoni li tingħata lil ċertu zoni jkunu osservati partikolarment dawk li ilhom konservati perjodu twil.

Id-deputat Nazzjonalista semmiet il-każ ta’ kemmuna li għandu numru ta’ protezzjoni ta’ zoni speċjalizzati iżda s-sitwazzjoni ta’ Kemmuna kulħadd jafaha. Issa l-gvern qed jagħmel numru ta’ wiegħdi għal dan il-post mill-isbaħ iżda dawn mhumiex jitwettqu, sostniet Rebekah Borg, li kompliet li l-miżuri ġodda li ddaħħlu dwar Kemmuna diġà mhumiex ikunu inforzati.

Hi appellat biex l-istudji li saru dwar Kemmuna jitpoġġew fil-Parlament u semmiet il-barriera fir-Rabat li hi bla permess iżda minkejja dan għadha qed tikkawża dannu għar-residenti. Il-gvern mhuwiex jieħu passi dwar din l-irregolarità. Dwar Villa Rosa, hi qalet li din tnaqqset miz-zona ta’ konsevazzjoni.

Rebekah Borg kompliet li l-ERA suppost tanalizza kull policy li toħroġ mill-gvern iżda l-ministeri mhumiex ipoġġu l-ambjent bħala prijorità. Id-deputat Nazzjonalista semmiet it-tibdil fil-pjani lokali u qalet li dwar Villa Rosa ma sarux studju dwar l-ambjent meta tbiddel il-pjan lokali. Il-Ministeru tal-Ippjanar mhuwiex jkkunisdra l-ambejnt bħala prijorità.

Hi semmiet Manoel Island u fakkret lill-Ministru Dalli li ftit ilu qalet li l-art privata hi art privata iżda issa l-istess ministru biddlet il-pożizzjoni tagħha.

Rebekah Borg tkellmet dwar id-drenaġġ fil-baħar u sostniet li l-pajjiż issa reġa’ għandu problema ta’ rimi ta’ drenaġġ mhux trattat fil-baħar. Dan kien konfermat mill-Qorti Ewropea, qalet id-deputat Nazzjonalista, li kompliet issostni li fuq l-istorbju l-ERA mhijiex effettiva għaliex il-liġi hi frammentata ħafna.

Dwar l-inċineratur, hi qalet li din il-kwistjoni ilha għaddejja snin u l-gvern għadu japplika għall-permessi biex il-landfills ikomplu jiżdiedu. Dan meta l-prijoritajiet tal-UE nbidlu sew u qed titbiegħed minn prattiċi tal-inċineratur.