Lokali

Proċess ġudizzjarju kontra l-MIDI dwar Manoel Island

Il-Gvern illum skatta proċess ġudizzjarju, b’ittra ġudizzjarja fil-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili li permezz tagħha asserixxa l-pożizzjoni tiegħu fil-konfront tal-kumpanija MIDI, li ma wettqitx l-obbligi tagħha skont il-kuntratt pubbliku tal-15 ta’ Ġunju 2000 li bih ġew konċessi lilha b’ċens għal 99 sena artijiet u binjiet f’Tignè Point, f’Tas-Sliema u f’Manoel Island, fil-Gżira.

Il-Gvern għamilha ċara li l-kumpanija għandha tħallas il-penali dovuti minnha u li huwa mhuwiex bi ħsiebu jestendi t-terminu għat-tlestija tax-xogħlijiet jew jirrinunzja għal xi drittijiet skont il-kuntratt.