Fi PROFILI tal-lum se nkunu qed niltaqgħu ma’ Eileen Micallef. Il-wiċċ tal-profil huwa familjari ma’ bosta u mhux l-ewwel darba li x-xogħol ta’ Eileen ġab tbissima.
Fi PROFILI Eileen se tkun qed taqsam l-esperjenzi sbieħ fl-oqsma li jagħmel parti, it-tfulija u l-aħħar xogħlijiet. Is-suċċess kbir kif ukoll l-aspettattiva tal-pubbliku meta jarawh fuq xi palk u kif ukoll l-imħabba kbira lejn il-mużika.
“Jien il-karattru tiegħi huwa wieħed allegruż, inħobb indaħħaq.”

Matul l-intervista sostniet bosta drabi li għandna bżonn iktar teleserials Maltin tad-daħq u li l-poplu Malti qisu tilef il-komiċità tiegħu, dejjem serju u ma jafx japprezza l-ħajja kif inhi.
Eileen ħadmet f’sensiliet bħal Santa Monika, Strada Stretta, Kristu fl-Iżbarra, Qegħdin Sew!, Gawdenz, Eklissi, Ma Tinbidel Qatt u L-Ispettur Leonard, dan kif ukoll ħadmet ukoll f’għadd ta’ produzzjonijiet teatrali.
PROFILI, illejla fit-8.30pm fuq NET TV, bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ James Aaron Ellul, b’muntaġġ ta’ Gail Mallia.
Wieħed jista’ jsegwi l-episodji kollha ta’ ‘PROFILI’ fuq YouTube jew anki wħud mill-episodji fuq Spotify.
//= $special ?>