Il-President tal-Istati Uniti, Donald Trump, qed jinsisti li ħa ‘l-aħjar deċiżjoni possibbli’ biex jibgħat aktar truppi tal-Gwardja Nazzjonali , flimkien ma’ mijiet ta’ morini, biex iżommu l-ordni fit-toroq ta’ Los Angeles – belt li fl-aħħar jiem għaddiet minn protesti kbar kontra l-politika għad-deportazzjoni massiċċa ta’ immigranti u residenti mingħajr dokumentazzjoni xierqa għal residenza permanenti.
Turmp, issa, qal li l-belt ta’ Los Angeles kienet ‘tinħaraq sal-għeruq’ mingħajr l-intervent tat-truppi u l-morini biex jikkalmaw l-affarijiet. Madankollu, it-tensjoni u l-protesti għadhom f’livell akut lejn in-naħat t’isfel ta’ Los Angeles.
Intant, l-uffiċjali ewlenin fl-Istat ta’ Kalifornja (li Los Angeles tifforma parti minnha) qalu li ma kenux mgħarrfa minn qabel dwar id-direttiva biex jintervjenu l-morini f’din is-sitwazzjoni.
U s-Sindku ta’ Los Angeles, Karen Bass, qalet li l-protesti għandhom jieqfu f’każ li l-uffiċjali mal-Aġenzija Federali għall-Immigrazzjoni jwaqqfu l-kaċċa għall-ħaddiema u nies oħrajn li qegħdin jgħixu u jaħdmu fl-inħawi.
Dan ukoll meta Gavin Newsom, il-Gvernatur ta’ Kalifornja, ressaq rekors legali kontra r-reazzjoni tal-Gvern Federali għas-sitwazzjoni ta’ Los Angeles.
Fil-prżent, hemm ‘il fuq minn 2,400 membri tal-Gwardja Nazzjonali ta’ Kalifornja fin-naħat t’isfel ta’ Los Angeles. Dan ukoll fost il-preżenza ta’ mill-anqas 700 morini tal-Armata.
//= $special ?>