Internazzjonali

Tkompli tiżdied it-tensjoni f’Los Angeles

Ma taqta’ xejn il-botta u risposta bejn il-gvernatur tal-Kalifornja Gavin Newsom u l-President Amerikan Donald Trump. Dan hekk kif Trump sostna li Newsom huwa inkompetenti.

Is-sitwazzjoni eskalat wara li Trump prova jikkontrolla d-dimostrazzjonijiet fit-toroq ta’ Los Angeles. Iżda dawn il-protesti, f’xi waqtiet, saru vjolenti.

Issa, qed jingħad li l-marines għandhom jibdew jieħdu azzjoni fit-toroq wara żmien fuq stand-by. Dan sabiex jipproteġu l-propjetà tan-nies u l-bini federali.