In-numru ta’ kontravenzjonijiet maħruġa kontra persuni li nqabdu mill-Pulizija jpejpu f’zoni ristretti, bejn l-2024 u d-19 ta’ Mejju 2025, kien ta’ 369. Jirriżulta wkoll li nħarġu 17-il ċitazzjoni oħra kontra persuni li ppermettew dan it-tipjip fuq il-proprjetà tagħhom.
Dan jirriżulta minn intepellanza tad-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo li staqsa fil-Parlament lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol jgħid kemm persuni nqabdu jpejpu fi stabbilimenti mill-2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari.
//= $special ?>