Jirriżulta li bħalissa hawn 678 barrani minn barra l-UE jaħdmu fis-settur fis-saħħa pubblika.
Dan jirriżulta minn tweġiba parlamentari li ta fil-Parlament il-Ministru tas-Saħħa Jo Etienne Abela għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Graziella Attard Previ li staqsiet lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attivà jgħid mil-liema pajjiżi ġejjin il-persuni minn pajjiżi terzi li qed jaħdmu fis-servizz tas-saħħa pubblika f’Malta u li huma direttament ingaġġati mal-Gvern.
L-akbar ammont ta’ dawn il-persuni ġejjin mill-Indja bl-ammont ikun dak ta’ 363. Minbarra dawn, hemm 38 mill-Filippini, 44 mn-Niġerja, 61 mill-Pakistan, 23 mir-Renju Unit u 26 mis-Serbja flimkien ma’ persuni oħra minn diversi pajjiżi oħra.
//= $special ?>