L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) wettqet 801 spezzjoni minn Jannar 2024 sal-25 ta’ Mejju 2025, fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar rigward skart imqiegħed barra meta mhux suppost kif ukoll dwar nuqqas ta’ separazzjoni tal-iskart kif inhu obbligat bil-liġi, u 134 spezzjoni fil-Mellieħa.
Din l-informazzjoni ngħatat fil-Parlament mill-Ministru Miriam Dalli għal mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonlista Graziella Galea.
Jirriżulta wkoll li fil-lokalità tal-Imġarr f’Malta saru 19-il spezzjoni dwar skart.
//= $special ?>