“L-Intelliġenza Artifiċjali hija għodda b’saħħitha fis-soċjetà tal-lum; iżda qed toħloq sfidi ġodda b’rabta mat-traffikar tal-bniedem.”
Dan kien il-messaġġ li twassal waqt konferenza organizzata mill-Kunsill Ewropew b’rabta mat-traffikar tal-bniedem u l-intelliġenza artifiċjali – konferenza li matulha tkellmu numru ta’ esperti, professjonisti, esperti legali kif ukoll ħaddiema taċ-ċivil.
Matul il-konferenza ntqal li l-avvanzi li qed isiru fit-teknoloġija qed iwasslu għal metodi ġodda ta’ traffikar tal-persuni. Iżda minn naħa l-oħra qed jiġu studjati metodi oħrajn li għandhom iwasslu għall-prevenzjoni tat-traffikar.
Intqal ukoll li l-użu tal-Intelliġenza Artifiċjali trid tkun gwidata minn prinċipji ta’ etika sabiex isir magħruf kif l-innovazjoni twassal għall-ġustizzja.
Numru ta’ kelliema spjegaw li matul dawn l-aħħar snin diversi pajjiżi biddlu l-leġiżlazzjoni tagħhom sabiex jagħtu aktar prijorità lil din il-materja tant importanti. Infatti riċentament sar studju bil-għan li l-kriminali kif ukoll il-vittmi jinstabu aktar malajr. Dan għaliex illum il-ġurnata l-intelliġenza artifiċjali tista’ tagħmel xogħol li lill-bniedem jeħodlu ħafna aktar ħin.
Matul din il-konferenza bosta kelliema appellaw għall-importanza ta’ strateġija fil-konfront tal-intelliġenza artifiċjali għaliex preżentament it-traffikar ta’ tfal vulnerabbli qed jiżdied.
//= $special ?>
