Wara li l-Gvern fetaħ protest ġudizzjarju kontra l-MIDI, il-konsorzju qed jibqa’ jinsisti illi kommess li tinstab soluzzjoni għal Manoel Island.
Fi stqarrija, il-konsorzju esprima l-konvinzjoni tiegħu li fl-ebda punt ma nkisret il-konċessjoni. Anzi, il-MIDI insista li bit-termini preżenti, kapaċi jingħata estensjoni ta’ 10 snin oħra biex jibdew ix-xogħlijiet fiz-zona ta’ Manoel Island.
Il-Gvern minn naħa tiegħu qed jgħid li l-kumpanija għandha tħallas il-penali dovuti, u li hu mhuwiex bi ħsiebu jestendi t-terminu għat-tlestija tax-xogħlijiet jew jirrinunzja għal xi drittijiet skont il-kuntratt.
Minn naħa tal-MIDI, qed jingħad li se jkunu qed jiddefendu l-pożizzjoni tagħhom u jirrispondu għall-ittra ġudizzjarja tal-Gvern.