L-ERA ħabbru li nstabet bejta oħra tal-fkieren.
Din id-darba l-bejta nstabet fil-Bajja tal-Għadira, jumejn biss wara li nstabet l-ewwel bejta tal-fkieren ta’ din is-sena fil-Bajja tal-Ġnejna.

Wara li daħal rapport ta’ bejta ġdida, l-ERA u Nature Trust – FEE Malta marru immedjatament fuq il-post biex jipproteġu z-zona.
Fi stqarrja l-ERA irringrazzjat lill-voluntiera tan-nature trust li sabu l-bejta u ħadu azzjoni, filwaqt li talbu lill-pubbliku biex jekk jara xi fekruna jew bejta jċempel lill-ERA fuq 2292 3500 jew lill-NTM fuq 9999 9505.
Kull rapport jgħin biex nipproteġu din l-ispeċi vulnerabbli.
//= $special ?>