Hekk kif ninsabu ftit jiem bogħod mill-bidu tat-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs li se tkun qed issir fl-Istati Uniti, bosta klabbs ħabbru l-iskwadri finali li se jkunu qed jagħmlu l-vjaġġ tagħhom għal din l-ewwel edizzjoni b’format differenti ta’ din il-kompetizzjoni.
Fost l-esklużjonijiet jispikka l-plejer Ingliż Jack Grealish li tħalla barra mill-iskwadra ta’ Manchester City. Kollox jindika li Grealish se jkun qed iħalli lit-tim ta’ Pep Guardiola matul dan is-sajf. Fl-istess skwadra ġew inklużi l-plejers il-ġodda li ġew akkwistati fl-aħħar jiem fosthom Rayan Cherki u Tijani Reijnders.
Fl-iskwadra ta’ Chelsea jispikka n-nuqqas ta’ Raheem Sterling li ċertament jidher li se jkun qed iħalli l-klabb. Matul l-istaġun li għadda Sterling kien misluf għand Arsenal, bil-plejer Ingliż jonqos milli jħalli l-impatt mixtieq fl-iskwadra ta’ Mikel Arteta.
//= $special ?>