Toni Bezzina, PN
Id-Deputat Nazzjonalista Toni Bezzina qal fil-Parlament li l-ilma tat-tieni klassi għandu jitwassal għand iktar bdiewa.
Toni Bezzina qal li l-art u l-ilma huma l-iktar żewġ riżorsi skarzi fil-pajjiż. Hu tkellem dwar l-ilma tat-tieni klassi u qal li dan qed ikun ilma iktar pur u itjeb għat-tisqija. L-akbar problemi hi n-nuqqas ta’ dan l-ilma, sostna Toni Bezzina, li kompla li hemm diffikultà biex dan l-ilma jitqassam fost iktar bdiewa.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li fejn ikunu se jsiru toroq ġodda, għandu jkun introdott pajpijiet għal dan l-ilma. Hu qal li mhux qed jinġabar l-ilma tax-xita li jaqa’ fit-toroq u appella biex fejn m’hemmx in-network jitwassal dan l-ilma permezz ta’ bowsers.
Toni Bezzina tkelem ukoll dwar is-sitwazzjoni ta’ Wied iż-Żurrieq u esprima sodisfazzjon li issa wara 10 snin, il-gvern se jipprovdi s-servizz ta’ drenaġġ f’dan il-post turistiku. Dan l-investiment se jiswa €3 miljun.
//= $special ?>