Liverpool laħqu ftehim ma’ Bayer Leverkusen sabiex jakkwistaw lill-midfielder Ġermaniż ta’ 22 sena Florian Wirtz. Hu se jkun qed jissieħeb mar-Reds għas-somma ta’ €130 miljun biex b’hekk sar l-aktar plejer li sewa lil Liverpool.
Wirtz iddebutta ma’ Leverkusen meta kellu biss 17-il sena fejn skorja 57 gowl f’197 partita. Hu kien parti integrali mit-tim li rebaħ il-Bundesliga fl-2024. Mat-tim Ġermaniż, hu lagħab 31 partita fejn skorja gowl wieħed biss.
F’dan is-suq tat-trasferimenti, Liverpool diġà akkwistaw lil Jeremie Frimpong mingħand l-istess Bayer Leverkusen.
Intant, Manchester City fl-aħħar sigħat ħabbru numru ta’ akkwisti bi tħejjija għall-FIFA Club World Cup li se tibda nhar il-Ħadd.
Fl-aħħar sigħat, it-tim ta’ Pep Guardiola ħabbar l-akkwist tal-midfielder Olandiż Tijani Reijnders mingħand Milan. Hu ssieħeb għas-somma ta’ €50 miljun fejn flimkien mal-akkwisti ta’ Rayan Ait-Nouri, Marcus Bettinelli u Rayan Cherki se jkun qed jifforma parti mill-iskwadra tas-Citizens.
Reijnders kien parti mill-iskwadra Olandiża li t-Tnejn filgħaxija għelbet lil Malta 8-0. Ma Milan fl-istaġun li għadda hu skorja 15-il gowl f’54 partita. Hu se jkun qed jieħu post Kevin de Bruyne li jidher li se jkun qed jissieħeb ma’ Napoli.
//= $special ?>