“Nawgura li b’serenità t-tesserati jkollhom ċans jagħmlu l-aqwa għażla u jagħżlu l-aqwa persuna li tista’ tmexxi lil dan il-pajjiż u lil dan il-partit.
Kien dan l-appell li wassal Bernard Grech fil-jum li fih ħabbar li se jkun qed iħalli r-rwol tiegħu ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista.
Waqt il-programm NETLIVE Bernard Grech saħaq li din kienet deċiżjoni diffiċli, iżda meħuda b’konvinzjoni. Fejn stqarr li bidla fit-tmexxija issa hija l-pass meħtieġ biex il-Partit ikompli jikber u jissaħħaħ – sabiex ikun gvern alternattiv.
Bernard Grech fakkar fil-kisbiet li l-Partit Nazzjonalista kellu matul l-aħħar ħames snin li fihom serva bħala Kap; fosthom ir-riżultati pozittivi tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-elezzjonijiet tal-Kunsilli.
Hu sostna li t-triq ‘il quddiem trid tkun waħda li ġġib l-għaqda, sabiex il-Partit Nazzjonalista jkun il-Gvern li dan il-pajjiż tant jeħtieġ.
//= $special ?>