Ix-xogħol ta’ restawr tat-Torri tal-Arloġġ f’Pembroke, li nbena fl-1903, qed ikun kunsidrat li jkun finanzjat minn fondi tal-Unjoin Ewropea.
Dawn ix-xogħlijiet bħalissa jinsabu taħt diskussjoni. Qegħdin jiġu ikkunsidrati diversi possibiltajiet sabiex jiġi identifikat l-aħjar mod ta’ finanzjament, inkluż il-possibbiltà li jintuża finanzjament mill-fondi tal-Unjoni Ewropea, minħabba n-nefqa sostanzjali li jirrikjedi restawr ta’ din ix-xorta.
Din l-informazzjoni ngħatat fil-Parlament mill-Ministru Chris Bonett għal mistoqija tad-Deputat Nazzjonalista Carmelo Mifsud Bonnici.
//= $special ?>