Sport Sport Ieħor

Remco Evenepoel jieħu l-kontroll fi Criterium du Dauphine

(Ritratt: EPA)

Iċ-ċiklista Belġjan, Remco Evenepoel ħa f’idejh il-kontroll fi Criterium du Dauphine wara li rebaħ it-time trail fir-raba’ stadju.

Hu rnexxielu jegħleb l-isfida ta’ Jona Vingegaard b’21 sekonda f’distanza ta’ 17.4km. Evenepoel huwa meqjus bħala t-tielet l-aqwa ċiklist wara Tadej Pagacar u Vingegaard.

Pogacar jinsab 38 sekonda wara Evenepoel fil-klassifika ġenerali. Hu qal li jinsab kuntent ferm b’din ir-rebħa. Il-ħames stadju jsir il-Ħamis f’distanza ta’ 183km.