Id-deputat Nazzjonalista Ryan Callus ħabbar li lest iċedi s-siġġu Parlamentari jekk il-Kap il-ġdid tal-PN ikun minn barra l-Grupp Parlamentari Nazzjonalista.
Fuq il-midja soċjali, Ryan Callus stqarr li hu stess tkellem fit-tul mad-deputati sħabu, kif ukoll mal-attivisti u l-għeruq tal-PN.
“Jidher li l-aktar persuna li kapaċi ġġib għaqda, u tappella man-nies biex twassal għal rebħa elettorali… taf tkun persuna li mhix mill-Grupp Parlamentari”, qal Ryan Callus fil-messaġġ li ppubblika.
Apparti minn hekk, hu stqarr l-konvinzjoni tiegħu li tmexxija ġdida se tnissel enerġija u viżjoni għal futur aħjar. Dan filwaqt li stqarr li se jibqa’ leali u jappoġja lil kwalunkwe Kap li jiġi elett fil-proċess li se jitnieda mil-lum.
//= $special ?>