Raġel ta’ 35 sena mill-Bożnija-Ħerzegovina u residenti l-Għargħur, weġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku li seħħ fin-Naxxar.
L-inċident seħħ l-Erbgħa waranofsinhar għall-ħabta tal-3:45 fi Triq John Adye, in-Naxxar.
Il-Pulizija marret fil-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li seħħet ħabta bejn mutur misjuq mill-vittma, u karozza misjuqa minn raġel ta’ 59 sena residenti l-Marsa.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei, fejn aktar tard huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L- investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>