Internazzjonali

Sħana qawwija se tolqot ir-Renju Unit

Reġjuni fl-Ingilterra għandhom jesperjenzaw sħana qawwija li taf tiżdied għal aktar minn 30°C, mill-Ħamis filgħaxija sal-Ħadd filgħodu. Prinċipalment, bliet fl-lvant u x-xlokk, inkluż Londra, ser ikunu affettwati minn dawn it-temperaturi għoljin.

Iżda din se tkun ukoll ġimgħa ta’ temp estrem.

Fil-fatt, xita u maltemp huma mistennija jolqtu bosta postijiet bejn Wales u Plymouth il-Ħamis min-nofsillejl sas-siegħa ta’ filgħodu.

Twissija għall-Irlanda ta’ Fuq tiddikjara wkoll li l-maltemp huwa possibbli l-Ħamis mis-6am sad-9pm.

Avviż ieħor qed jindika li l-maltemp għandu jolqot reġjuni bejn il-Lvant tar-Renju Unit sa Londra, mill-Ġimgħa fit-3pm, sas-Sibt fis-6am.

Ix-xita u maltemp persistenti jafu jġibu magħhom għargħar u qtugħ fil-elettriku.