Il-Brażil kisbu rebħa importanti fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja meta għelbu lil Paragwaj bl-iskor minimu ta’ 1-0 fejn b’din ir-rebħa huma kisbu wkoll il-kwalifikazzjoni. Din kienet ukoll l-ewwel rebħa taħt it-tmexxija tal-kowċ il-ġdid Carlo Ancelotti. Il-gowl deċiżiv wasal fl-44 minuta permezz ta’ Vinicius Junior.
Draw ta’ 1-1 bejn l-Arġentina u l-Kolumbja, liema draw kompla jsaħħaħ l-ewwel post fil-klassifika għat-tim ta’ Lionel Scaloni. Luiz Diaz poġġa lill-Kolumbja fil-vantaġġ wara 24 minuta. L-Arġentina sfaw jilagħbu bi plejer anqas fil-71 minuta meta tkeċċa Enzo Fernandez. Minkejja dan, l-Arġentina xorta waħda salvaw il-partita meta fil-81 minuta kien Thiago Almada li għamel l-iskor 1-1.
F’partita oħra, l-Urugwaj, għelbu lill-Venezwela bl-iskor ta’ 2-0 bil-gowls ikunu skorjati minn Rodrigo Aguirre u Giorgian de Arrascaeta.
//= $special ?>