Għall-ħabta tal-10:30pm daħlu rapporti ta’ tiġrif ta’ binja biswit sit ta’ kostruzzjoni f’Paceville, propju fi Triq Paceville, fSan Ġiljan.
Minnufih ġew imsejħa Membri tal-Protezzjoni Ċivili, li preżentament qegħdin jispezzjonaw iz-zona. Dan apparti li ġew imsejħa wkoll numru kbir ta’ Pulizija u membri tal-ambulanza sabiex jassistu.
Mir-rapporti li daħlu s’issa jidher li ma kienx hemm nies milquta mid-debri li waqa’ fi Triq Paceville – madanakollu l-ispezzjonijiet u l-investigazzjonijiet tal-awtoritajiet konċernati għadhom għaddejjin.
Komplu segwu netnews.com.mt għal aktar dettalji u aġġornamenti kontinwi – segwi wkoll il-paġna ta’ Facebook għal aktar kontenut relatat.
ARA: https://www.facebook.com/NetNewsMalta/videos/1202371641212612/
UPDATE:
Persuni li tkellmu ma’ Net News qalu li dalgħodu saret evakwazzjoni tal-persuni mill-istess binja li spiċċat imġarrfa. B’dawk li tkellmu magħna jisħqu li l-Pulizija stess wettqu din l-evakwazzjoni.
Waħda mill-persuni li tkellmu ma’ dan l-istazzjon kienet propju sid ta’ ħanut, li hemm biswit din il-binja, li issa ġġarrfet. Hi qalet li l-Pulizija l-Erbgħa filgħodu qalula sabiex ma tiftaħx u ma toperax il-ħanut tagħha. S’issa għad m’għandnix informazzjoni dwar x’kienet ir-raġuni li taw il-Pulizija sabiex setgħat issir l-evakwazzjoni.
Intant bosta mistoqsijiet ukoll qed iqumu minn dawk affettwati dwar jekk dan ir-riskju kienx ilu hemm, u kif wassal il-Pulizija jiskattaw evakwazzjoni mill-binja – binja li issa tinsab f’ġebel u konkos.
S’issa jidher li ħadd ma’ weġġa f’dan l-inċident, filwaqt li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.


STQARRIJA BCA:
L-Awtorita dwar il-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) tagħmel referenza għal inċident li wassal biex binja fi triq Paceville, f’San Ġiljan, li tmiss mas-sit li kien qed jiġi mwaqqa’, iġġarrfet.
Il-BCA, it-Tlieta 10 ta’ Ġunju, ordnat li x-xogħlijiet fuq dan is-sit jitwaqqfu, u wara spezzjonijiet ulterjuri, b’diskussjoni mal-Periti involuti, ittieħdet id-deċizjoni u ġew informati l-Pulizija, li kellhom ikunu evakwati n-nies mill-binja inkwistjoni u dan minħabba l-periklu li ġie kkonstatat.