Internazzjonali

Vġili fil-pjazza ta’ Graz wara l-isparatura fl-iskola sekondarja

Eluf ta’ persuni nġabru fil-pjazza prinċipali ta’ Graz sabiex issellmu l-memorja tal-għaxar vittmi li nqatlu fl-isparatura li seħħet fl-iskola sekondarja Dreierschützengasse.

Avolja l-mottivi wara din l-isparatura għadhom qed jiġu investigati, matul illejl instabet nota f’forma diġitali, u li kienet ukoll miktuba.

Madankollu, dawn in-noti ma provdewx evidenza biżżejjed biex jintefa’ dawl fuq il-mottiv li wassal għall-qtil tad-diversi studenti u għalliema f’din l-iskola sekondarja.

F’din l-isparatura, kien hemm 12 oħra li spiċċaw midruba.