L-Erbgħa waranofsinhar, żagħżugħ li qiegħed fl-ispettru tal-awtiżmu ppreżenta xogħlijiet artistiċi lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech.
Matul laqgħa li kellhom fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista, iż-żagħżugħ Dylon Lombardi ppreżenta tpinġijiet ta’ Bernard Grech kif ukoll tal-kumplament ta’ familtu, bil-Kap tal-Partit Nazzjonalista wera l-apprezzament tiegħu lejn dan il-ġest tant sabiħ.

Dylon Lombardi tkellem fuq kif beda jpinġi lin-nies u esprima li matul is-snin sar aktar kunfidenti fil-passjoni tiegħu lejn it-tpinġija. Apparti minn hekk, huwa wera wkoll numru ta’ xogħlijiet oħra li għamel fl-aħħar xhur.
//= $special ?>