53 membru tal-Forzi Armati ta’ Malta (FAM) matul is-sena li għaddiet taw il-kontribut tagħhom f’missjonijiet barra minn Malta.
Dan ikkofermah il-Ministru Byron Camilleri fil-Parlament meta wieġeb mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Graziella Attard Previ.
Il-Membri tal-Forzi Armati marru Brussels, Spanja, il-Greċja, l-Ingilterra, Vjenna, il-Polonja, il-Bulgarija, il-Libja, u l-Lebanon.
Jirriżulta wkoll li bħalissa, 55 membru tal-Forzi Armati ta’ Malta qed jagħtu l-kontribut tagħhom f’missjonijiet barra minn Malta.
//= $special ?>