Il-każijiet pendenti quddiem it-Tribunal għal Talbiet Żgħar sal-aħħar tal-2024 kienu jlaħħqu total ta’ 674, li minnhom 612 kienu f’Malta u 62 talba pendenti kienet f’Għawdex
Jirriżulta wkoll minn mistoqsija parlamentari lill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni, li kienu preżentati s-sena li għaddiet 352 talba f’Malta u 29 f’Għawdex quddiem it-Tribunal għal Talbiet Żgħar. It-talbiet terminati fl-2024 kiienu 392 f’Malta u 30 f’Għawdex.
Informazzjoni dwar it-talbiet quddiem it-Tribunal għal Talbiet Żgħar ingħatat mill-Ministru Jonathan Attard għall-mistoqsijsa tad-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo.
//= $special ?>