Internazzjonali

Iżjed minn 200 persuna tilfu ħajjithom wara li ajruplan f’titjira lejn Gatwick iġġarraf fl-Indja

L-aħħar rapporti internazzjonali qed jirrappurtaw kif arjuplan tal-Air India, f’titjira lejn Gatwick f’Londra, iġġarraf fl-Indja.

Dan l-ajruplan kien qiegħed iġorr 242 persuna abbord, 53 minnhom ikunu ta’ nazzjonalità Britannika. Abbord kien hemm ukoll 11-il tifel u tifla.

L-ajruplan tal-Air India, iġġarraf ftit wara li telaq mill-ajruport ta’ Ahmedabad, fl-Indja stess. L-ajruplan ħabat f’zona residenzjali, fejn jgħixu numru kbir ta’ tobba.

Jirriżulta li kull persuna abbord l-ajruplan tilfet ħajjitha, apparti persuna ta’ nazzjonalità Brittanika. U madwar 50 student tal-mediċina ttieħdu l-isptar.

Sa issa, instabu 204 katavru, filwaqt li iżjed minn 50 persuna weġġgħu. Dawn in-numri huma mistennija jkompli jiżdiedu.