Wieħed mix-shareholders ta’ Crystal Palace John Textor jinsab f’diskussjonijiet sabiex parti mill-ishma tiegħu lil New York Jets fejn dan mistenni jwitti t-triq sabiex Crystal Palace jkunu jistgħu jilagħbu fl-Europa League fl-istaġun li ġej.
Woody Johnson, l-owner tat-tim tal-NFL New York Jets, qed juri interess konkret sabiex jixtri s-sehem ta’ Textor. Crystal Palace qed jippruvaw jikkonvinċu lill-UEFA sabiex jitħallew jikkompetu fl-Europa League. Dan wara li huma jidhru li se jitwaqqfu milli jagħmlu dan minħabba li Textor għandu l-maġġoranza tal-ishma fit-tim ta’ Lyon li wkoll se jkunu qed jilagħbu fl-istess kompetizzjoni.
Crystal Palace qed jargumentaw li Textor kemm-il darba prova jbigħ l-ishma tiegħu.
Johnson li għandu 78 sena, huwa wieħed minn dawk li appoġġjaw lill-President tal-Istati Uniti Donald Trump.
//= $special ?>